Mario de Marco, PN
Id-deputat Nazzjonalista Mario de Marco sostna li l-kuntratti għall-privatizzazzjoni tal-isptarijiet huma kuntratti korrotti u għalhekk dan hu mument ta’ prova għad-deputati kollha biex jivvotaw kontar dawn il-kuntratti.
Fil-parlament id-deputat Nazzjonalista qal li l-kuntratt sewa €250 miljun qal li l-gvern jippreferi jwieżen lil Steward milli jsaħħaħ l-impjiegi; jkun galantom mal-ħallelin u xħiħ man-negozji u l-ħaddiema Maltin.
Hu sostna li l-kuntratt hu każ klassiku kif m’għandhomx isiru l-affarijiet. Dan hu l-agħar każ ta’ public procurment fejn il-gvern ħares biss l-interess tal-kumpanija privata bla esperjenza.
Sar MOU sigriet bejn ministru u l-kumpanija Vitals qabel inħarġet l-offerta. Il-Gvern għażel kuntrattur bla esperjenza fis-settur. Il-Gvern m’għamel l-ebda due diligence fuq il-kumpanija li ma pprovdiet l-ebda prova li kellhom il-finanzi neċessarji. Steward għamlu telf operattiv ta’ €600 miljun barra minn Malta.
Il-kuntratt kien żbilanċjat favur il-kuntrattur privat u saru iktar ftehim biex dan isaħħaħ. Il-poplu ma ħa xejn mill-€250 miljun li ħallsu lil Stewards u Vitals. Il-Ministru tal-Finanzi kellu jara li l-proċess isir b’mod rigoruż iżda l-Ministru tal-Finanzi naqas f’kull fażi tal-proċess.
Din hi l-aħħar opportunità għall-Ministru Scicluna biex inaddf ismu iżda pprova jiddefendi dan il-kuntratt ħalliel u korrott; kellu l-aħħar opportunità jekk hux fuq in-naħa tal-poplu jew fuq in-naħa ta’ dawk li jridu li Maltin tinsertaq. Dan hu l-aħħar mument ta’ prova għall-parlament u għal deputati Laburisti ta’ rieda tajba. Dan hu l-mument għad deċiżjonijiet kuraġġjużi, sostna Mario de Marco.
//= $special ?>