Basketball Coronavirus Sport

LeBron James jiċħad li r-rappreżentanti tal-klabbs u l-aġenti tal-plejers iridu li l-istaġun tal-NBA jġi kkanċellat

(Ritratt: EPA)

Qed ikun allegat, li numru ta’ rappreżentati tat-timijiet u aġenti tal-plejers iridu li l-kampjonat 2019/2020 tal-NBA jiġi kkanċellat. F’messaġġ fuq Twitter, LeBron James qal li dawn ir-rapporti huma foloz u li hu u t-tim tiegħu lesti li jirritornaw għal-logħob la darba jkun permess. Is-sid ta’ Dallas Mavericks, Mark Cuban qal li m’hemm l-ebda pjan li l-kampjonat jiġi kkanċellat filwaqt li żied li jinsab ottimist li l-kampjonat jintemm.

Nhar it-Tnejn l-NBA ħarġet stqarrija fejn qalet li se tkun qed tħabbar numru ta’ regoli biex b’hekk it-timijiet ikunu jistgħu jirritornaw jitħarrġu fil-faċilitajiet rispettivi tagħhom. Dawn il-faċilitajiet mhumiex se jinfetħu qabel t-8 ta’ Mejju u meta jsir dan se jiġu mposti numru ta’ regoli biex tiġi ssalvagwardjata s-saħħa tal-plejers.