Coronavirus Ekonomija Lokali

Lista tal-Fergħat tal-BOV li se jiftħu nhar is-Sibt 2 ta’ Mejju

Il-Bank of Valletta jixtieq javża lill-klijenti tiegħu li nhar is-Sibt 2 ta’ Mejju 2020, ħames fergħat ġewwa Malta u Aġenzija f’Għawdex, se jkunu miftuħa bejn id-9.00am u 12.30pm:

Dawn huma l-fergħat ta’ Buġibba, Marsa, Mqabba, San Ġwann, San Ġiljan u n-Nadur, Għawdex. Il-Bank ifakkar lill-klijenti tiegħu li nhar il-Ġimgħa 1 ta’ Mejju, festa pubblika, il-Bank ikun magħluq.

Il-Bank of Valletta jkompli jħeġġeġ lill-klijenti biex ma jmorrux il-fergħat tal-Bank bla bżonn u minflok jużaw l-ATMs tal-Bank biex jiġbdu jew jiddepożitaw il-flus u jużaw il-BOV Cards, il-BOV Pay jew il-‘BOV Mobile to Mobile Payment’ biex iħallsu għax-xiri, servizzi u konsinji tagħhom.

Barra minnhekk, il-BOV Internet Banking u l-BOV Mobile Banking jistgħu jintużaw għal pagamenti u tranżazzjonijiet bankarji oħra. Għal kull bżonn bankarju ieħor, il-klijenti għandhom jibagħtu imejl fuq info@bov.com billi jispeċifikaw it-tip ta’ servizz li jeħtieġu, in-numru tal-mowbajl tagħhom, in-numru tal-Karta tal-Identità u l-fergħa tal-Bank fejn normalment jinqdew.

Uffiċjal tal-BOV imbagħad jikkuntattja lill-klijenti biex jipprovdi l-għajnuna. Il-klijenti jistgħu ukoll iċemplu fuq 2275 3500, mit-Tnejn sal-Ġimgħa mit-8.00 am sal-4.00 pm. Aktar informazzjoni u aġġornamenti tal-BOV fuq COVID-19 jistgħu jinstabu fuq https://bov.com/content/covid-19-bov-updates.