Coronavirus Ekonomija Lokali

MARZU 2020: 9,433 persuna bla xogħol

F’Marzu, in-nies jirreġistraw għax-xogħol kienu jammontaw għal 9,433 – l-akbar ċifra tal-qgħad f’dawn l-aħħar 12-il xahar.

In-numri maħruġa mill-NSO juru li n-nies jirreġistraw għax-xogħol kienu ilhom minn Jannar juru xejra konsistenti ta’ żieda. Dan b’riżultat tal-kriżi politika u l-inċertezza li fil-perijodu tal-Milied kienet diga’ halliet daqqa sinifikanti.

Issa, fl-ewwel ftit ġimghat tal-pandemija, il-qgħad diġa’ żdied b’415-il ruħ.

Estimi tal-Kamra tal-Kummerċ jindikaw li sal-aħħar tas-sena l-qgħad jista’ jitla’ sa 25,000.