Inħarġet evidenza li hemm mediċina li tista’ tgħin biex persuna tfieq mill-Coronavirus. Il-mediċina tissajjaħ Remdesivir u mill-istudju li sar ħareġ li s-sintomi minflok idumu fuqek għal 15-il jum, jibqgħu għal 11-il jum.
Id-dettalji kollha mill-istudji li saru għadhom mhux ippublikati, madanakollu l-esperti sejħu din il-mediċina bħala waħda “fantastika”, u ddeskrivewha li taf tkun il-mediċina li tiftaħ binari ġodda biex jinstab vaċċin għall-Covid-19.
Ir-rata ta’ mortalità għal dawk li ħadu din il-mediċina kienet ta’ 8%
Għall-istudju ta’ din il-mediċina ħadu sehem aktar minn elf persuna, b’tobba jgħidu li din il-mediċina mhux biss taf tgħin biex tfieq minn din l-imxija iżda wkoll taf tipproteġi lil dak li jkun biex il-Coronavirus ma jaħkmux.
Ir-Remdesivir kienet intużat ukoll biex tkun żvillupata kura għall-Ebola.
Esperti qalu li l-passi li jmiss huma li janalizzaw id-dettalji kollha ta’ dak li nħareġ mir-riċerka li saret, dan sabiex ikomplu l-istudji biex ikun żvillupat vaċċin għall-Coronavirus.
//= $special ?>