Ekonomija Lokali Saħħa

Mhux se jitraħħsu l-kontijiet għax il-Gvern għandu mudell ekonomiku differenti

Ġie mħejji pjan ta' kif se jibdew jiġu rilaxxati ċertu miżuri

Waqt konferenza tal-aħbarijiet indirizzata mill-Ministru tal-Ekonomija Silvio Schembri, NET NEWS kwota stħarriġ li sar mill-Malta Employers Association illi wera li ħafna minn negozji mhux sodisfatti bl-iskemi mħabbra mill-Gvern.

Fid-dawl ta’ dan kollu, l-MEA talbet lill-Gvern biex ikun hemm tnaqqis fil-kontijiet tal-enerġija kif ukoll tnaqqis fir-rata tal-VAT biex l-ekonomija tkun tista’ tibda tirkupra.

Silvio Schembri qal li minkejja li l-Oppożizzjoni għamlet diversi proposti biex jitraħħsu l-kontijiet, il-Gvern għandu mudell ekonomiku differenti.

Fl-istess konferenza tal-aħbarijiet, il-Ministru tal-Ekonomija qal li l-Gvern qed jara kif se nibdew nirritornaw għall-hajja normali. Schembri stqarr li l-Gvern ħejja pjan ta’ kif se jibdew jiġu rilaxxati ċertu miżuri fejn ċerti negozji jibdew jiftħu bilmod. Dan il-pjan, qal il-Ministru, se jkun qed jitħabbar dalwaqt għalkemm ftit wara, is-Suprintendent tas-Saħħa Charmaine Gauci ma kkommetitx ruħha fuq meta jistgħu jerġgħu jibdew jiftħu l-ħwienet.