Coronavirus Kultura Lokali

Milonga Mondjali tat-Tango Virtwali llum u għada

Għalkemm iż-żfin tat-Tango fl-Argentina bħal kull pajjiz ieħor inkluż Malta bħalissa jinsab wieqaf mis-swali u l-iskejjel magħrufin minħabba l-Coronavirus, biex iż-żeffiena jiffrontaw dan iż-żmien diffiċli ta’ nuqqas ta’ soċjalizazzjoni skola partikulari tat-Tango fi Buenos Aires iddeċidiet li torganizza Milonga internazzjonali onlajn li se ddur id-dinja min New Zealand sal-Alaska.

Iż-żeffiena Maltin se jiġu mistiedna jingħaqdu ma’ din il-katina virtwali illum 30 t’April wara l-11 pm u tibqa’ miftuħa sas-1 am tal-Ġimgħa filgħodu biex mużiċisti, artisti u dilettanti tat-Tango jiltaqgħu f’wirja globali.

L-organizzaturi huma Jon Lambert u Dana Frigoli (ara ritratt). Min jixtieq jingħaqad u jieħu sehem irid jirreġistra fuq Facebook paġna MayDay milonga jew Twitter #MayDayMilonga. https://dni-tango.fm/pages/mayday-milonga