Stephen Spiteri, PN
Id-deputat Nazzjonalista Stephen Spiteri qal li l-mozzjoni tal-PN biex l-isptarijiet jerġgħu jsiru tal-MAltin qed issir biex tipproteġi liċ-ċittadini Maltin biex dan ikollhom l-aqwa servizzi tas-saħħa.
Fil-parlament id-deputat Nazzjonalista semma’ l-kuntratti ma’ Vitals u Steward u qal mill-ewwel kien jidher li hemm xi ħaġa suspettuża. Saret pressjoni kbira biex il-kuntratti jitpoġġew fuq il-mejda tal-Kamra u meta dawn tpoġġew tneħħew diversi aspetti minnhom. Il-gvern ma pprova iħares l-interess taċ-ċittadini.
Dan qaluh il-MAM, l-MUMN, diversi speċjalisti, professuri u tobba; il-MUM sejħtilu financial flopp. Il-Vitals ma laħqu l-ebda mira u ma ngħata l-ebda servizz. Dawn kienu fantażmi tant li sparixxew mix-xejn; li ma sparixxewx kien id-dejn li ħallew u l-flus li waħdu mit-taxxi ta’ Malta.
Dan mhux ġust, sostna Stephen Sptieri, li kompla li l-kuntratt kien premeditat ma’ kumpanija ma ebda esperjenza fis-settur mediku u bi problemi kbar finanzjarju.
Il-kuntratt sar ma kumpanija intenzjonata li tfalli. Meta sar ma’ Steward is-sitwazzjoni bagħqet l-istess anzi Steward iridu iktar flus biex imexxu u biex itawwlu d-dati mifthiema. Jekk dawn ifallu f’kollox flok huma jpattu b’penali, il-poplu jrid itiehom €100 miljun, sostna d-deputat Nazzjonalista.
//= $special ?>