Raġel tilef ħajtu wara li waqa’ madwar żewġ sulari minn sit ta’ kostruzzjoni waqt li kien qed jagħmel xi xogħol.
L-inċident seħħ għall-ħabta tat-tlieta neqsin kwart, fi Triq San Pietru, l-Imġarr.
Il-Pulizija tad-Distrett marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari li sar, irriżulta li raġel, li l-identità tiegħu għadha mhux magħrufa, waqa’ madwar żewġ sulari minn sit ta’ kostruzzjoni waqt li kien qed jagħmel xi xogħol.
Fuq il-post issejħu l-membri tal-Protezzjoni Ċivili u kif ukoll tim mediku fejn ir-raġel ġie ċċertifika mejjet fuq il-post.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Josette Demicoli li ħatret Inkjesta filwaqt li l-investigazzjoni tal-Pulizija għadha għaddejja.
//= $special ?>