Lokali Parlament Saħħa

Il-Gvern jivvota kontra l-mozzjoni tal-PN

Il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia sostna fil-parlament li dan hu vot favur il-poplu Malti; l-Oppożizzjoni tappella lill-Gvern biex jingħaqad magħha biex l-isptarijiet jinkisbu lura

Fil-parlament il-Kap tal-PN qal li l-Prim Ministru missu jissieħeb miegħu fil-kawża kontra Vitals biex l-isptarijiet jittieħdu lura. Minflok il-gvern qabbad lill-Avukat Ġenerali biex jiddefendi lil Vitals kontra l-Maltin.

Dwar Mater Dei, hu qal li dan hu l-isptar li fih qed ikunu ikkurati n-nies u kieku l-pajjiż m’għandux Mater Dei, kieku llum għad hemm biss l-Isptar San Luqa li qed jaqa’ biċċiet.

Adrian Delia qal li fil-kuntratt kien hemm klawsoli li jispeċifikaw li meta jkun hemm emerġenza, il-gvern kellu dritt li jieħu l-isptarijiet lura mingħand Vitals u jużawhom fl-interess tal-poplu iżda minħabba Konrad Mizzi dan ma sarx. Konrad Mizzi lanqas mar il-parlament jiddefendi l-aġir tiegħu.

Il-kap tal-PN qal li l-kuntratt oriġnali jistpula li l-ispiża żejda kellha tkun merfgħuha mill-Vitals stess u li l-kuntratt jitkellem fuq it-terminazzjoni. Il-Prim Ministru għandu l-wiċċ li jħares lejn il-poplu u jgħid li l-kuntratt li iffirmah Konrad Mizzi u li daħħal lill-pajjiż f’obbligu ta’ €100 miljun, issa dan hu tort tal-Oppożizzjoni għax ma jistax hu ma jistax jiddefndi dan l-istess kuntratt.

Il-Kap tal-PN kompla li meta Vitals biegħ lil Steward huma kellhom jieħdu l-obbligi kollha.

Adrian Delia kompla li fi-9 ta’ Ottubru 2014 infetħet kumpanija u l-għada iffirmat ftehim mal-gvern li kien jistipula li se jieħdu l-kuntratt meta l-offerta kienet għad lanqas ħarġet. Il-kumpanija, li għamlet dan mal-kompliċi li riedu jisirqu lill-poplu, ipprovat iġġib self iżda ma rnexxiliex għax kemm biss kapital ta’ €1,400 biex tieħu l-isptaritjiet. F’Marzu ħarġu l-offerti għal sptar state of the art li l-gvern kien se jħallas €2,000 miljun għalih.

Il-Kap tal-PN kompla li l-gvern poġġa lin-Nexia BT biex jiddeċiedu min jieħu l-isptar għaliex kienu bżonnjużi biex jisrqu flus il-poplu u jgħadduhom lil dawk li jagħżlu huma.

Bdew jeżaminaw id-dokementi fejn mir-rapport ta’ evalwazzjoni jirriżulta li l-kumpanija ma kellha ebda esperjenza ta’ xejn, lanqas kellha kamra medika jew spiżerija u bla finanzi. Il-kumpanija ma ħaditx self u kien deċiż li lanqas isir due diligence biex kollox jibqa’ għaddej għaliex suppost kellhom jagħmlu injezzjoni ta’ €180 miljun.

Il-Kap tal-Oppożizzjoni kompla li l-gvern għażel lill-iskarpan frodist Ram Tumurili li għamel kundizzjoni ifirmata mill-Gvern li jieħu €6 miljuni jekk jirenxxi kollox. Wara sentejn dan m’għamel xejn iżda xorta tawh is-€6 miljuni. Il-kuntratt kien iffirmat fl-2015 u l-kumpaniji ma ħarġu xejn mill-€180 miljun biex il-Gvern kellu joħroġ €50 miljun.

Fil-fatt il-gvern tahom €50 miljun, wara tahom €60miljun, €70 miljun u €80 miljun propju għax m’għamlu xejn. Issa Joseph Muscat qad jappella lill-gvern ta’ Robert Abela biex iżidilhom. Minkejja li ħadu l-flus għamlu d-dejn iżda fl-2017 ġew Malta u għaddew pagament ta’ €17-il miljun lil Vitals.

Wara li ingħataw dawn il-flus huma ddikjaraw li fallew u daħlu Steward lejn tmiem l-2017. Lil dawn għażlilhom Tumurilu innifsu.

L-MUMN u l-MAM qalu li Steward fallew fuq l-isptar u li kisru l-ftehim. Dawn kellhom garanzija ta’ €9 miljuni iżda Konrad Mizzi neħħielhom din il-garanzija ta’ €9 miljuni.

Dawn bdew itellgħu d-djun u l-Prim Ministru Abela dehrlu li kellu jkun iffirmat kuntratt ġdid. Robert Abela kien l-avukat fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru u allura hu responsabbli. Il-kuntratt jispeċifika li jekk jonqsu Vitals jew Steward, il-gvern seta’ jkun kapaċi jeħdilhom l-isptarijiet, jibqgħu responsabbli għad-dejn, ma jitħallas xejn mid-dejn u jingħataw is-servizzi mediċi lill-poplu.

Il-gvern qabad il-kuntratt u rmigħ u qallhom li minkejja li m’għamlu xejn, jekk fil-qorti jkun kanċellat, se jieħdu €100 miljun cash u l-gvern jieħu d-dejn kellu. Il-Prim Ministru qed ikun immorali meta jipprova jwaħħal fl-Oppożizzjoni.

Il-Kap tal-PN semma’ s-saltna tad-dritt u qal li l-gvern Laburista żeblaħ is-saltna tad-dirtt. Hu sostna li l-gvern iffirma kntratt ta’ €100 miljun meta l-kuntratt qiegħed il-qorti u Robert Abela kien l-avukat tal-gvern Laburista. Dawn rabtu lil uliedna biex iħallsu €100 miljun!, sostna l-Kap tal-PN.

Hu semma’ d-demokrazija u appella biex il-gvern u l-Oppożizzjoni jkunu flimkien kontra Stewards biex l-isptariijiet jerġgħu jsiru tal-Maltin. Il-Gvern m’għandux dan l-interess, sostna Adrian Delia, li kompla li l-poplu qed iħallas €70 miljun fis-sena. Il-Gvern x’jimpurtah!

Illum mhux kulħadd sejjer tajjeb għax hawn ħaddiema li għandhom l-impjieg mhedded. Niddeċiedu llejla li nikkudannaw l-aġir ta’ konrad Mizzi, insibu Kummissarju tal-Pulizija li ma jibżax, ikun serju u rett u li jieħu passi kriminali kontra Konrad Mizzi.

L-Oppożizzjoni tintrabat li tappoġġja lill-Gvern biex inkunu parlament u nazzjon wieħed u niġġieldu lil Vitals u Stewards biex l-isptarijiet jieħu lura għand il-Maltin; il-professjonisti huma l-aqwa. Dan mhux vot favur l-Oppożizzjoni iżda dan hu vot favur pajjiżna u favur il-Maltin; ta’ min jagħżel lil Malta.

Konrad Mizzi waħdu seraq iktar mill-35,600 li saru fl-aħħr snin, irrimarka l-Kap tal-PN.