Lokali Qorti

Eku tal-iskandlu fil-korp tal-Pulizija

Il-Pulizija akkużati b'abbużi u ħlasijiet minn taħt, mistennija jitressqu l-Qorti sa nofs dan ix-xahar

Numru ta’ Pulizija mistennija jitressqu l-Qorti fil-gimghat li gejjin b’konnessjoni mar-racket fil-Korp, u l-abbuż fis-sigħat tax-xogħol. Dan gie ikkonfermat minn sorsi fid-Depot, ghalkemm s’issa ghadu mhux maghruf jekk dawn l-ufficjali hux se jitressqu taht arrest jew inkella b’citazzjoni.

Minbarra stejjer ta’ eluf ta’ ewro fi ħlasijiet minn taħt, fi Frar kienu inkixfu wkoll stejjer ta’ theddid fuq uffiċjali oħra tal-Pulizija, relazzjonijiet intimi bejn Pulizija f’forma ta’ tpattija, serq ta’ fuel, xibka ta’ hbiberiji, ċitazzjonijiet maħfura b’mod abbużiv u ħafna aktar.

Il-persuna li esponiet din il-korruzzjoni fil-Korp tal-Pulizija kienet stqarret li l-uffiċjali ġabru “flus” mingħand kumpanijji tal-kostruzzjoni u oħrajn tat-trasport biex jagħlqu għajnejhom għal ċitazzjonijiet u ksur ieħor tal-liġi.

Din l-aħbar kienet ġiet żvelata mit-Times tliet xhur ilu….ghalkemm kollox jindika li dan l-abbuż ilu għaddej ix-xhur. Kollox hareg fid-deher wara li tkellem whistleblower …. u kixef ħlasijiet ta’ overtime għal xogħol li qatt ma sar.

Meta l-Ministru tal-Intern Byron Camilleri kien mistoqsi dwar dan ir-racket, fiz-zmien meta fegg l-iskandlu, hu kien saħaq illi ma kienx jaf kemm hemm uffiċjali involuti.

Il-pulizija min-naħa tagħha kienet qalet li se tieħu l-passi kollha meħtieġa fil-konfront ta’ dawn l-uffiċjali wara ġimgħat ta’ investigazzjoni fuq dan il-każ. B’dawk involuti f’dan l-iskandlu mistennija jitressqu l-Qorti sa nofs dan ix-xahar.

Il-Korp tal-Pulizija preżentament għaddej minn taqlib hekk kif sa issa għadu mmexxi minn Aġent Kummissarju wara rriżenja ta’ Laurence Cutajar.