…iżda mhux eskluż li l-pandemija setgħet bdiet minħabba inċident f’laboratorju f’Wuhan – Aġenziji tal-Intelligence Amerikani
“Covid-19 ma kienx magħmul mill-bniedem u ma kienx modifikat ġenetikament” – Dan joħroġ minn stqarrija magħmul mill-Uffiċċju tad-Direttur tan-National Intelligence, li hu responsabbli għall-aġenziji tal-ispjunaġġ tal-Istati Uniti.
Dan ixejjen uħud mit-teoriji li l-virus kien żviluppat bħala xi arma bioloġika. Iżda min-naħa l-oħra, l-aġenziji ma eskludewx il-possibilita’ li l-pandemija bdiet minħabba f’inċident f’laboratorju f’Wuhan fiċ-Ċina.
Il-ħidma qed tkompli sabiex jiġi stabbilit jekk il-pandemija bdietx permezz ta’ kuntatt ma’ annimal infettat jew minn laboratorju.
Dawn il-kummenti waslu wara li l-President Donald Trump ta x’jifhem li għandu evidenza li l-pandemija setgħet bdiet mill-Istitut tal-Viroloġija f’Wuhan.
Xi ġimgħat ilu Trump akkuża liċ-Ċina li m’għamlitx biżżejjed biex trażżan l-imxija tal-virus kif ukoll, b’cover-up tal-inċident. Dan tal-aħħar, skont Trump, bl-assistenza u kompliċita’ tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa.
Tant hu hekk, li xi ġimgħat ilu, l-Istati Uniti irtirat il-finanzjament lid-WHO.
//= $special ?>