74 taħrika f’Jum il-Ħaddiem għal sewwieqa li kienu qed isuqu b’veloċita akbar minn dik permessa bil-liġi.
Il-Pulizija mis-Sezzjoni tat-Traffiku, flimkien ma’ dawk mir-Rapid Intervention Unit u dawk tal-iSpecial Intervention Unit, flimkien ma’ ufficjali mis-Sezzjoni tal-Infurzar ta’ Transport Malta waqqfu lil dawn is-sewwieqa f’diversi żoni madwar Malta. Fost dawk imwaqqfa kien hemm 30 sewwieq fi Triq Louis Wettinger magħrufa aħjar bħala l-Bypass tal-Mellieħa, tlieta fil-Bypass ta’ San Pawl il-Baħar, għaxra fi Triq Kennedy Drive u wieħed u tletin fi Triq il-Kosta.
Inħarġu wkoll 8 taħrikiet oħra minħabba ksur tar-regolamenti tat-traffiku li jinkludu sewqan mingħajr ċintorin tas-sigurta, vetturi bit-tinted glass u vetturi mingħajr numru tar-registrazzjoni.
Il-Pulizija reġgħu appellaw għal aktar prudenza fis-sewqan, speċjalment f’jiem ta’ festa, meta ħafna mit-toroq ikunu battala mit-traffiku. Huma avżaw li dawn l-ispezzjonijiet se jibqgħu jsiru, waqt li l-Pulizija se tkompli twettaq ix-xogħol tagħha ta’ infurzar b’rabta mal-imxija tal-COVID-19
//= $special ?>