F’filmat li rċieva NET NEWS, il-ħaddiema tal-Port Ħieles jidhru jsellmu lill-kollegi sħabhom fis-settur marittimu, li qegħdin fuq quddiem il-ġlieda tal-COVID-19, b’daqq ta’ ħornijiet mill-inġenji.
Din it-tislima ittieħdet fuq inizjattiva konġunta ma’ bosta portijiet madwar l-Ewropa propju f’Jum il-Ħaddiem biex ifakkru li dawn il-ħaddiema tax-xatt u dawk fuq il-baħar qegħdin iwasslu l-ħażna tal-ikel, xorb, apparat mediku u ħtiġijiet essenzjali oħra lill-popli Ewropej tul il-pandemija.
//= $special ?>