Lokali

Il-ħaddiema żgħażagħ jixirqilhom għajnuna adegwata

Hekk kif illum qed infakkru l-jum ddedikat lill-ħaddiema, il-fergħa Team Start fi ħdan il-Partit Nazzjonlista fi stqarrija saħqet li tajjeb li niftakru wkoll f’dawk iż-żgħażagħ li minkejja li għadhom studenti xorta daħlu fid-dinja tax-xogħol. Team Start qalu li ħafna minn dawn iż-żgħażagħ għamlu din l-għażla aktarx sabiex iservu ta’ għajnuna għall-familja tagħhom.

Huma qalu li ta’ min insellmulhom u nirringrazzjawhom tas-sagrifiċċji kollha tagħhom. Sfortunatament, il-gvern laburista abbanduna lil dawn l-istudenti matul il-kriżi tal-COVID-19 li qed naffaċċjaw. Dawn ma ġewx intitolati għall-benefiċċji għal dawk li spiċċaw bla xogħol minħabba l-COVID-19 iżda ma jistgħux jgħaddu bl-istipendju biss.

Team Start qalu li din l-inġustizzja jeħtieġ li tiġi indirizzata malajr kemm jista’ jkun. Jum il-Ħaddiem m’għandnix niċċelebrawh biss bittixjir tal-bnadar u l-messaġġi partiġġjani; għandna niċċelebrawh fuq kollox billi naħdmu għal aktar ġustizzja mal-ħaddiema, anke dawk zgħażagħ.