Il-Partit Nazzjonalista sfrutta din il-kriżi tal-pandemija tal-COVID-19 biex jisma’ l-esperjenza tal-ħaddiema minn setturi differenti għaliex il-ġid tal-ħaddiem u l-familji magħhom huma essenzjali u kruċjali biex tissawwar il-politika tal-Oppożizzjoni għall-ħarsien soċjali.
Saħaq dan is-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista, Francis Zammit Dimech, fil-ftuħ tal-Konferenza ta’ Jum il-Ħaddiem, fejn fakkar li l-bniedem huwa fiċ-ċentru tal-politika tal-PN.
Is-Segretarju Ġenerali qal li l-konferenza tal-Ġimgħa qegħda ssir f’kuntest ta’ sfida kbira hekk kif mhux qegħdin ngħixu fi żminijiet mhux faċli għall-għixien tal-ħaddiema u l-familji tagħhom.
L-effett tal-pandemija tal-COVID-19 laqat kemm lix-xogħol full time kif ukoll part time, b’dan tal-aħħar qed jolqot mat-30,000 ħaddiem li kellhom kemm xogħol full time u part time biex b’hekk id-daqqa hija akbar għalihom.
Francis Zammit Dimech semma ukoll kif l-Oppożizzjoni hija konxja li hemm mas-36,000 ħaddiem ieħor part time li ntlaqtu mis-sitwazzjoni ukoll. Wera t-tħassib dwar l-ammont ta’ sensji li huwa kkalkulat, li jlaħħqu mat-23,000 impjiet jekk mhux iżjed, jew kellhom jirrappurtaw għax-xogħol 4 darbiet fil-ġimgħa biss jew inqas.
B’hekk, filwaqt li appella biex pajjiżna jibda jħares lejn il-qagħda ekonomika u tax-xogħol wara l-COVID-19, appella biex il-politika ekonomika ta’ pajjiżna tissawwar madwar il-bniedem, il-ħaddiem u l-familji tagħhom bħala għodda għalihom.
//= $special ?>