Fil-bullettin mediku tas-Sibt fl-Italja, tħabbar li kienu 192 l-imwiet irreġistrati f’dan l-aħħar 24 siegħa fil-pajjiż. Flimkien magħhom ingħaddew dawk il-każijiet t’imwiet, ġejjin minn djar tal-anzjani fost l-oħrajn, li ma ssemmewx tul ix-xahar t’April. B’hekk it-total ta’ każijiet imħabbra llum laħħaq l-474 għal total ta’ 28,710 vittma.
Minkejja dan, il-persuni li ttestjaw pożittiv għall-Coronavirus fl-Italja baqgħu nieżla b’239 f’ġurnata hekk kif it-total ta’ każijiet ġodda kien ta’ 1,900.
Fatt interessanti llum seħħ fil-Kalabrija hekk kif għall-ewwel darba minn minndu faqqgħet il-pandemija, ma nstab ħadd pożittiv bil-COVID-19. Kienu b’kollox 1,112-il persuna f’dan ir-reġjun li sa issa kienu pożittivi bil-Coronavirus fost 35,975 swab.
//= $special ?>