Kummenti pożittivi u ta’ tifħir mill-ġurnalist indipendenti ta’ LovinMalta, Chris Peregin, għall-mod kif il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia fetaħ il-bibien għall-mistoqsijiet tal-ġurnalisti.
Fuq il-Facebook, Peregin ikkummenta li l-fatt li l-Kap tal-Partit Nazzjonalista stiednu biex jintervistah b’mod apert. Min-naħa l-oħra, stieden lill-Prim Ministru u Mexxej Laburista Robert Abela biex jibda jagħmel l-istess u jaċċetta stediniet mill-media indipendenti.
Il-ġurnalist ta’ LovinMalta innota kif s’issa, l-ebda ġurnalist indipendent għadu ma ngħata l-opportunità minn Robert Abela biex jintervistah, kemm qabel ma kien elett Mexxej Laburista u anke wara.
Fl-istess waqt, irrikonoxxa d-deċiżjoni ta’ Adrian Delia u l-Partit Nazzjonalista li jkompli jiġi intervistat kull tmiem il-ġimgħa mill-media indipendenti minflok mill-ġurnalisti tiegħu stess.
//= $special ?>