Rugby Sport

Bill Beaumont ikkonfermat bħala chairman tal-World Rugby

(Ritratt: EPA)

Bill Beaumont ġie kkonfermat bħala ċ-chairman tal-World Rugby wara li għeleb l-isfida tal-Arġentin Agustin Pichot fl-ewwel rawnd ta’ voti. Hu rebaħ b’maġġornaza ta’ ħames voti. F’kummenti li ta lill-midja, Beaumont qal li hu onorat u b’mod umli jaċċetta l-mandat li tah il-kunsill tal-World Rugby permezz tal-vot. Hu rringrazzja lil dawk li vvotawlu kif ukoll lill-familja tiegħu.

B’refernza għall-kompetitur tiegħu f’din l-elezzjoni, l-Ingliż iddeskriva lil Pichot bħala ħabib li tah l-appoġġ tiegħu tul daw l-erba’ snin u minkejja li kkontestaw din l-elezzjoni kontra xulxin xorta għandhom rispett lejn xulxin. Beaumont huwa Eks-Plejer u captain tat-tim nazzjonali Ingliż tar-Rugby. Hu serva f’bosta karigi matul is-snin fi ħdan l-isport tar-Rugby u ilu jservi bħala chariman tal-World Rugby sa mill-2016. Fl-istess elezzjoni ġie ukoll elett Bernard Laporte bħala Viċi-President tal-istess assoċjazzjoni.