Coronavirus Internazzjonali Saħħa

Dawk pożittivi bil-COVID-19 fl-Ewropa jaqbżu l-1.5 miljun persuna

Ritratt: Vicente Gaibor del Pino (Reuters)
Il-kontinent Ewropew l-aktar milqut globalment bil-Coronavirus

Is-Sibt filgħodu, ġew irreġistrati aktar minn 1.5 miljun persuna madwar l-Ewropa pożittivi għall-COVID-19, biex b’hekk jagħmel lil dan il-kontinent l-aktar milqut globalment hekk kif dawk pożittivi madwar id-dinja kważi jlaħħqu t-3.4 miljun persuna.

Fl-istess waqt, l-imwiet fl-Ewropa qabżu l-140,000 persuna fost ftit anqas minn 240,000 mejta madwar id-dinja. Minkejja dan, ma jonqosx l-isforz mix-xjenzati madwar id-dinja sabiex tinstab kura għall-COVID-19. Fuq quddiem nett f’din il-ġirja, hemm ir-Renju Unit u l-Istati Uniti.

Fil-fatt, fir-Renju Unit, kienu eluf dawk li rreġistraw l-interess taghhom li jiehdu sehem fil-provi li qed jaghmlu l-awtoritajiet tas-sahha Inglizi. Dawk li esprimew interess huma kollha pazjenti li fiequ mill-Coronavirus u li qed joffru illi jittiehdu samples tal-plasma mid-demm biex jintuzaw ghar-ricerka.

U fl-Amerika l-FDA – l-awtorita li tirregola l-uzu tal-medicini – tat il-permezz taghha sabiex tkun tista tintuza il-medicina Remdesivir, illi kienet giet zviluppata ghal kontra l-Ebola. Fi kliem semplici, din il-medicina ghal kontra l-viruses, tista tintuza fuq nies fl-Istati Uniti illi jinsabu rikoverati f’kura intensiva minhabba l-Coronavirus.

Studji u testijiet li saru f’dawn l-ahhar granet jindikaw li bil-medicina Remdesivir tista’ tqassar il-perijodu ta’ zmien li fih pazjent ikun qed jirkupra mill-Covid…izda mhux necessarjament tahdem biex jigu evitati fatalitajiet. Jidher li din il-medicina, meta tinghata lill-pazjent, tkun qed tahdem biex tharbat l-abbilta’ tal-virus milli jirreplika.

Intant, mis-Sibt, fejn il-każijiet pożittivi qabżu l-215,000 u 25,000 imwiet, l-adulti fi Spanja qed jithallew jibdew jaghmlu ezercizzju fuq barra wara 7 ġimgħat ta’ lockdown. Filwaqt fl-Awstrija, fethu kemm il-parrukkieri kif ukoll il-beauticians. Minkejja li estendiet il-lockdown, anki l-Irlanda ħabbret li se tibda tirrilassa l-miżuri bi pjan gradwali mit-18 ta’ Mejju sa Awwissu li ġej.

Fl-Amerika t’Isfel, jidher li l-Brażil u l-Ekwador qed ibatu biex jikkontrollaw il-COVID-19. Il-belt Ekwadorjana ta’ Guayaquil, imlaqqma’ bħala l-Wuhan tal-Amerika Latina, saħansitra hemm mal-120 katavru ta’ persuni bil-COVID-19, fost 7000 mejta, li mhumiex identifikati, tant kemm intilef il-kontroll tal-każijiet.

Fil-Brazil, aktar minn 13,000 il-qabar ġdid tħaffru fl-akbar ċimiterju fl-Amerika t’Isfel, f’Sao Paolo, minħabba li l-awtoritajiet tas-saħħa tilfu l-kontroll fuq il-pandemija. F’Manaus, tant is-sitwazzjoni prekarja hi bla kontroll li l-priġunieri f’ħabs fil-belt żammew lill-gwardjani ostaġġi.