Futbol Sport

De Bruyne jgħid li jinsab kuntent ma’ Manchester City

(Ritratt: EPA)

Meta kien intervistat mill-midja Ingliża, il-midfielder ta’ Manchester City, Kevin De Bruyne qal li jinsab kuntent ma’ Manchester City u li l-futur tiegħu mhuwiex marbut ma’ tal-kowċ Pep Guardiola.

Il-Belġjan qal li fl-aħħar snin kien hemm bosta timijiet li urew interess fih iżda hu dejjem kien kommess li jibqa’ mat-tim ta’ Manchester. Mistoqsi dwar is-sospensjoni ta’ Manchester City mill-kompetizzjonijiet Ewropej, De Bruyne wieġeb li l-klabb se japella minn din id-deċiżjoni u konvinti li għandhom raġun.

Dwar il-pandemija tal-coronavirus, il-midfielder qal li issa hija aktar realistika li l-plejers jirritornaw għat-taħriġ ma jdumux, dan minħabba li l-klabbs qablu li l-kampjonat għandu jintemm. Fl-aħħar snin De Bruyne kien strumentali għat-tim ta’ Pep Guardiola bil-kuntratt tal-Belġjan jiskadi fl-2023.