Internazzjonali

Erbat itfal mejta fi splużjoni fin-Nepal

Ritratt: Flickr
Maħsub li l-materjal splussiv misjub f'villaġġ fil-muntanji tħalla abbandunat fi żmien l-irvellijiet komunisti tal-1996

Materjal splussiv, mifhum li tħalla abbandunat fi żmien l-irvellijiet komunisti tal-1996 fin-Nepal, qatel 4 itfal f’raħal fuq il-muntanji fid-distrett ta’ Rolpa, 400 kilometru fil-punent tal-kapitali tan-Nepal, Kathmandu.

It-tfal, li l-età tagħhom tvarja bejn 5 u 13-il sena, instabu mejta fil-ġungla fejn kienu qed jilagħbu u huwa mifhum li seħħ il-blast, skont l-amministratur tal-gvern, Navaraj Sharma.

Kawża tat-traġedja, saru protesti kbar mill-poplu tal-villaġġ, bl-investigaturi tal-Gvern, li vvjaġġaw lejn dan id-distrett, ma setgħux jelevaw il-katavri minħabba kwistjonijiet ta’ sigurtà.