Filmat imniedi mill-Awtorità Maltija tat-Turiżmu u l-Orkestra Filarmonika Nazzjonali b’messaġġ ta’ tama u kuraġġ f’dan il-perjodu tant diffiċli għal Malta.
Produzzjoni mill-isbah li fiha ħadu sehem l-ogħla awtoritajiet ta’ pajjiżna, il-President tar-Repubblika, il-Prim Ministru, il-Kap tal-Oppożizzjoni, l-Arċisqof u kif ukoll is-Supridentent tas-Saħħa Pubblika.
Tama li tista’ tinxtered b’sempliċi tbissima – infatti l-filmat ingħata l-isem SMILE.
Fost dawk li ħadu sehem f’din il-produzzjoni kien hemm Daniel Cauchi u t-tenur Joseph Calleja; filmat li bil-melodja u l-lirika stess inissel kuragg u tama għal ġejjieni aħjar.
//= $special ?>