Il-Ministru tas-Saħħa, Olivier Véran, is-Sibt waranofsinhar ħabbar li Franza se testenti b’xahrejn l-istat t’emerġenza tas-saħħa, imposta biex tiġġieled il-pandemija tal-Coronavirus, sal-24 ta’ Lulju.
Huwa saħaq li kien ikun prematur li kieku din id-dikjarazzjoni, li daħħlet fis-seħħ fl-24 ta’ Marzu, tħalliet tiskadi fl-24 ta’ Mejju għaliex kienet tkabbar ir-riskju li tintesifika l-pandemija fil-pajjiż.
Il-Ministru tal-Intern, Christophe Castaner, minn naħa tiegħu rrassenja lill-Franċiżi li se jkollhom jgħixu mal-virus għaż-żmien li ġej
L-estensjoni tpoġġiet bħala liġi fuq il-mejda tal-kamra tad-deputati u tistipula ukoll il-kundizzjonijiet ta’ kwarantina għal dawk kollha li jaslu fi Franza minn barra l-pajjiż.
Minkejja dan, il-pajjiż qed jipprepara biex jirrilassa xi miżuri fil-11 ta’ Mejju li ġej wara li sa mis-17 ta’ Marzu, il-pajjiż kollu huwa f’lockdown strett. Il-President Franċiż, Emanuel Macron, f’Jum il-Ħaddiem iżda wissa li dan il-pass ma jfissirx li l-Franċiżi jistgħu jirritornaw għall-ħajja normali.
//= $special ?>