Coronavirus Formula 1 Sport

“Id-deċiżjoni jekk isirx il-Grand Prix ta’ Silverstone tiddependi mis-sitwazzjoni tal-coronavirus f’pajjiżi oħra”- Stuart Pringle

(Ritratt: Autosport.com)

Id-Direttur taċ-ċirkwit ta’ Silverstone, Stuart Pringle qal li d-deċiżjoni jekk isirx il-Grand Prix ta’ Silverstone jew le ma tiddependix biss mill-miżuri li se jittieħdu fl-Ingilterra b’rabta mal-lockdown minħabba l-pandemija tal-coronavirus. Pringle qal li x-xahar t’ April kien ix-xahar fejn fih normalment jibdew il-preparamenti għal dan il-Grand Prix. Hu qal li huma kapaċi joħolqu dak li l-Gvern Ingliż qiegħed isejjaħ bħala iżola fejn is-sewwieqa jkunu jistgħu jiġu iżolati.

Fl-Ingilterra hem seba’ timijiet minn għaxra li huma bbażati hemmhekk u fi kliem Pringle dan iċ-ċirkwit huwa wieħed partikolari għalihom. Il-kampjonat tal-Formula 1 kellu jinbeda f’Marzu li għadda iżda minħabba l-pandemija tal-coronavirus dan ġie pospost. Issa huwa pjanat li l-ewwel tellieqa ssir filċ-ċirkwit tal-Awstrija fil-bidu ta’ Lulju mingħajr spettaturi.