Is-Serie A tat permess lit-tim ta’ Sassuolo biex jibdew jitħarrġu fil-faċilitajiet tal-klabb u dan jistgħu jagħmluh min nhar it-Tnejn. Dan meta il-lockdown fl-Italja jintemm nhar it-Tnejn. It-tim ta’ Bologna jista’ jibda jitħarreġ min nhar it-Tlieta. It-timijiet jistgħu jibdew jitħarrġu fi grupp mit-18 ta’ Mejju. Is-sessjonijiet sa dakinhar se jkunu fuq bażi individwali.
Kemm Sassuolo kif ukoll Bologna jiffurmaw parti mir-reġjun tal-Emilia Romagna. It-tim ta’ Napoli li jifforma parti mir-reġjun ta’ Campania wkoll għandu l-permess li l-plejers jistgħu jibdew jitħarrġu iżda l-klabb naqas milli jispeċifika meta se jagħmel dan. It-timijiet kollha tas-Serie A huma kommessi li jtemmu l-kampjonat li ilu sospiż mid-9 ta’ Marzu.
//= $special ?>

