F’intervistà li saritlu mill-midja internazzjonali, il-Viċi-Oresident tal-FIFA, Victor Montagliani qal li l-futbol fl-Ewropa, speċifikament l-istaġun li ġej għandu jinbeda mill-bidu tas-sena 2021. Dan qalu fid-dawl tal-pandemija tal-coronavirus meta din waqqfet l-futbol kollu madwar id-dinja. Hu żied li din il-proposta tgħin biex it-Tazza tad-Dinja tal-2022 fil-Qatar tkun tista’ ssir kif pjanat, fix-xhur ta’ Novembru u Diċembru.
Montagliani stqarr li la darba jirritorna l-futbol wara l-pandemija x-xenarju se jkun għal kollox differenti u qed iqis dan x-xenarju bħala opportunità tajba għall-proposta tiegħu. Hu kompla li fl-Amerika dan diġa jsir u jqis il-proposta tiegħu bħala waħda valida għall-kampjonati fl-Ewropa u fl-Afrika Din il-proposta diġa kienet ġiet mmexxija l-quddiem ghad-diskussjoni qabel, minn Karl-Heinz Rummenigge meta dan kien chairman tal-ECA. Rummenigge, fl-2013 kien qal li l-istaġun tas-sajf huwa l-isbaħ żmien biex jintlagħab il-futbol u fil-maġġoranza tal-kampjonati Ewropej dan ma jsirx.
//= $special ?>

