Ambjent Għawdex Lokali

Jintefa’ żejt maħruq fl-Għadira ta’ San Raflu

Is-Sibt filgħodu xi persuna jew persuni mhux magħrufa tefgħu żejt maħruq fl-ilma tal-Għadira ta’ San Raflu, f’Ta’ Kerċem.

Ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili għamlu dak li setgħu biex ineħħu ż-żejt, madanakollu kien hemm xi żejt li kien diġà niżel fil-qiegħ. Il-Kunsill Lokali ta’ Kerċem permezz ta’ stqarrija qal li l-ilma se jiġi msaffi biex kemm jista’ jkun jitneħħa ż-żejt.

Intant fuq il-post saret konsultazzjoni mal-Animal Welfare dwar l-annimali li hemm f’dan il-post, u kif ukoll biex jaraw l-istat ta’ saħħa tagħhom.

Il-Kunsill appella biex jekk kien hemm xi ħadd li ra dan l-att isir, jikkuntatja lill-pulizija u jgħin fl-istħarriġ.

Il-pulizija għadha qed tinvestiga l-każ.