Coronavirus Lokali Saħħa

Każ ġdid pożittiv – il-każijiet f’Malta jitilgħu għal 468

Tul l-aħħar 24 siegħa saru 944 test tal-Covid-19, fejn permezz tagħhom irriżulta każ wieħed pożittiv għal din l-imxija, bil-każijiet f’Malta jitilgħu għal 468.

It-total ta’ każijiet attivi tal-Coronavirus f’pajjiżna huwa dak ta’ 85.

Is-Supritendent għas-Saħħa Pubblika l-Professur Charmaine Gauci ħabbret li l-każ huwa fiċ-ċentru ta’ Ħal Far u b’hekk it-total f’dan iċ-ċentru huwa ta’ 50 każ. Ir-raġel huwa mis-Sudan u għandu 27 sena.

Hija appellat lill-pubbliku biex jibqa’ jsegwi d-direttivi b’kawtela.

Is-Supridentent tas-Saħħa qalet li għall-vjaġġi fuq il-Gozo Channel wieħed għandu jagħmel użu tal-maskri u tinżamm id-distanza ta’ 2 metri bejn persuna u oħra kemm fit-terminals u fuq il-vapur.

Hija qalet li l-użu tal-maskri għandu jkun anki fis-supermarkets.