F’dawn l-aħħar siegħat, xi ħadd mhux magħruf xeħet żejt maħruq fl-ilma tal-Għadira ta’ San Raflu, fil-limiti ta’ Kerċem, Għawdex.
Fuq il-post issejħu t-Taqsima tal-Protezzjoni Ċivili sabiex jippruvaw ineħħu dak iż-żejt li jistgħu mill-Għadira filwaqt li ssejħu ukoll id-Direttorat tal-Ħarsien tal-Annimali biex jitneħħew il-papri u l-frieken li jabitaw fl-Għadira. Minkejja dan, ħafna miż-żejt laħaq niżel fil-qiegħ iżda l-ilma se jiġi msaffi kemm jista’ jkun.
Il-Kunsill Lokali Ta’ Kerċem ikkundanna bil-qawwa kollha dan l-att vandalu u appella lill-pubbliku sabiex jirrappurtaw kwalunkwe informazzjoni li jista’ jkollhom fl-Għassa tal-Pulizija tar-Rabat Għawdex jew fil-Kunsill Lokali, anki b’mod kunfidenzjali,.
//= $special ?>