Ekonomija Internazzjonali Kummerċ Transport Xjenza u Teknoloġija

L-ishma ta’ Tesla jieħdu tisbita wara tweet tal-Kap Eżekuttiv

Ritratt: EPA
Elon Musk qal li l-prezz tal-ishma tal-kumpanija tiegħu, li timmanifattura karozzi elettriċi, huma esaġerati u għoljin

It-tweet ta’ Elon Musk, Kap Eżekuttiv tal-manifatturi tal-karozzi elettriċi, Tesla, li fiha qal li l-prezz tal-ishma tal-kumpanija huma esaġerati u għoljin, wassal biex Tesla tilfet 14-il biljun dollaru fil-valur tal-ishma.

Fl-istess waqt, din id-dikjarazzjoni, li fiha wera l-interess li jbiegħ xi propjetajiet li jippossjedi fosthom id-dar tiegħu, wasslet biex saħansitra Musk jitlef 3 biljun dollaru mis-sehem tiegħu fil-kumpanija hekk kif numru ta’ investituri għażlu li jirtiraw mill-kumpanija.

Din is-sena, il-prezz tal-ishma ta’ Tesla kienu żdiedu sostanzjalment, bil-valur tal-manifattur qarreb il-100 biljun dollaru, li wasslet biex l-imprenditur jieħu bonus ta’ mijiet ta’ miljuni ta’ dollari.

Il-Ġimgħa, il-Wall Street Journal irrappurtat kif staqsiet lill-biljunarju jekk kienx qiegħed jiċċajta u kkonferma li l-post tiegħu, li possibbilment rawha mat-33.4 miljun persuna li jsegwuh, ma sarlux moniteraġġ.