Wara l-ħerba li ħalla l-massakru ta’ ħmistax ilu, minn aggressur li libes ta’ Pulizija biex qatel mat-22 persuna f’Nova Scotia, il-Prim Ministru Kanadiż, Justin Trudeau, ħabbar li qiegħed jipprojbixxi l-bejgħ ta’ 1500 għamla ta’ armi militari
Huwa qal li m’hemmx użu u post għal dawn l-armi fil-Kanada għaliex huma ddisinnjati biss li joqtlu kemm jista’ nies fl-anqas ħin possibbli.
Il-familji u l-ħbieb ta’ dawn il-vittmi jistħoqqilhom aktar mill-ħsibijiet u t-talb tagħna, kompla Trudeau, u allura l-ħtieġa ta’ din il-projbizzjoni fuq ix-xiri, il-bejgħ, it-trasport, l-importazzjoni u l-użu ta’ dawn l-armi, kif kien wiegħed fl-elezzjoni federali t’Ottubru li għadda f’isem il-Partit Liberali.
Kull min għandu fil-pussess tiegħu dawn l-armi għandu sentejn biex jeħles minnhom u sussegwentament, se tiddaħħal leġliżlazzjoni bies dawn jiġu kkumpensati b’mod xieraq, fid-dawl li bosta komunitajiet indiġeni jużaw dawn l-armi biex jikkaċċjaw bihom.
//= $special ?>