Minkejja li l-futbol lokali jinsab wieqaf minħabba t-tixrid tal-COVID-19, id-diskussjoni fost il-partitarji tal-klabbs Maltin u dawk li jsegwu l-futbol domestiku, tinsab fl-aqwa tagħha. Grazzi għall-programm il-ġdid awdjo-viżiv fuq Facebook, imtella’ mill-aġenzija Replay, #stayhomereplay, kull nhar ta’ Tnejn, l-Erbgħa u s-Sibt, wieħed jista’ jibqa’ isegwi diskussjoni ħajja, mexxejja u interessanti dwar l-attwalitá tal-futbol Malti.
Fil-programm tal-lejla s-Sibt, li jibda fid-9.00pm fuq il-paġna ta’ Replay, il-mistiedna ta’ Christian Micallef b’mod virtwali, se jkunu t-Tim Manager ta’ Hibernians, Jesmond Abela u l-opinjonista tal-programm, Konrad Sultana. Ma jistax jonqos li fil-programm tal-lum, Micallef ma jitkellimx mal-mistiedna rispettivi dwar il-ħsibijiet tagħhom fuq din is-sitwazzjoni straordinarja li qed ngħixu, hekk kif għadna ma nafux jekk, u jekk iva, meta l-Kampjonat Premier se jitkompla.
Il-programm #stayhomereplay tal-lejla, b’xandira Premiere fuq Facebook, tistgħu ssegwuh anke permezz ta’ dan il-link t’hawn taħt li qed jidher f’dan l-artiklu, mid-9.00pm ‘il quddiem fuq il-paġna ta’ Replay:
//= $special ?>