Minn informazzjoni li waslitilna jidher li żewġ persuni li kienu qed jgħumu fil-limiti tal-Aħrax tal-Mellieħa, sabu ruħhom f’diffikultà.
Għall-ħabta tal-16.30, fuq il-post immedjatament waslu membri tal-Protezzjoni Ċivili fejn bdiet ħidma ta’ salvataġġ biex jitellgħu mill-baħar, kif ukoll tim mediku mill-Isptar Mater Dei. Dan filwaqt li ntlabet l-għajnuna ta’ ħelikopter tal-AFM sabiex ikunu jistgħu jittellgħu mill-baħar.

Wieħed mill-persuni, ġuvni ta’ 21 sena mill-Bangladesh ttella’ l-art u ttieħed l-Isptar Mater Dei għall-kura, iżda sa madwar siegħa wara li bdiet il-ħidma ta’ salvataġġ, kienet għadha għaddejja operazzjoni biex tittella’ t-tieni persuna, ġuvni ta’ 29 sena mill-Bangladesh wkoll.
Jidher li ż-żgħażagħ, kienu fi grupp ta’ erba’ persuni, fejn tnejn minnhom niżlu jgħumu filwaqt li t-tnejn l-oħra baqgħu l-art.
Aktar informazzjoni hekk kif taslilna.
//= $special ?>

