Il-maskli tal-wiċċ, minn għada, se jkun mandatorji għal kulmin juża t-trasport pubbliku fi Spanja, meta l-pajjiż qed inaqqas il-miżuri riġidi tal-lockdown dovut għall-coronavirus. Il-Prim Ministru Spanjol, Pedro Sanchez, qal li l-Gvern għandu jiddistribwixxi sitt miljun maskla, fil-parti kbira fil-lokalitajiet tat-trasport, minbarra li jagħti seba’ miljun oħra lill-awtoritajiet lokali.
L-adulti fi Spanja, fi tmiem il-ġimgħa, ingħataw il-permess biex jagħmlu l-eżerċizzji barra d-dar għall-ewwel darba f’seba’ ġimgħat. L-awtoritajiet lokali, ġimgħa ilu, kienu naqqsu l-kriterji tal-lockdown għat-tfal taħt l-14-il sena.
Intant, Spanja reġistrat l-inqas rata tal-imwiet dovuti għall-Covid-19 mit-18 ta’ Marzu – b’164 mewta jkunu rappurtati f’24 siegħa u li huma l-iżgħar numru fil-pajjiż għal xahar u nofs.
Il-lockdowns f’pajjiżi oħrajn ukoll qed jonqsu, għalkemm għadhom ikunu infurzati r-regoli tas-social distancing. Dan waqt li xi pajjiżi qegħdin jesiġu biex in-nies jilbsu l-maskli fil-ħwienet u fuq il-mezzi tat-trasport pubbliku.
//= $special ?>