Il-prezz massimu li jistgħu jinbiegħu Surgical Masks ser ikun dak ta’ €0.95c. Dan ħabbru l-Ministru għall-Ekonomija Silvio Schembri fuq il-midja soċjali wara li fl-aħħar jiem bosta persuni spiċċaw ibiegħu dawn it-tip ta’ maskri fuq il-midja soċjali saħansitra għal prezz ta’ €3 -il maskra.
F’avviż legali jingħad li minn għada dawn it-tip ta’ maskri m’għandhomx jinbiegħu għal aktar minn dan il-prezz stipulat, hekk ukoll il-visors protettivi fejn il-prezz massimu li dawn jistgħu jinbiegħu huwa dak ta’ €5.
F’każ ta’ abbuż, il-pubbliku jista’ jagħmel rapport lill-Pulizija fuq 22944504 jew 22944511 jew fuq pulizija@gov.mt. Dawk li jinqabdu jiksru dan l-avviż legali l-ewwel darba jistgħu jeħlu multa ta’ bejn €116 u €582, li din tista’ tibqa’ tiela’ sa €2,329 għal numru ta’ offiżi.
Ta’ min wieħed jinnota li l-prezz massimu impost mill-Gvern fuq is-surgical maks huwa kważi d-doppju ta’ dak imħabbar mill-Gvern Taljan hekk kif il-Gvern ta’ Conte pprezzahom għal 50c.
//= $special ?>