Il-Qorti Suprema ta’ Iżrael bdiet smigħ ta’ jumejn biex tiddetermina jekk il-Prim Ministru Iżraeljan Benjamin Netanyahu – li qed ikun mixli b’korruzzjoni – għandux jitħalla jifforma Gvern ġdid. F’każ li din il-qorti tiddeċiedi kontra Netanyahu, ir-riżultat x’aktarx li jkun elezzjoni bikrija – jiġifieri r-raba’ waħda f’Iżrael minn April tal-2019.
Netanyahu u r-rivali politiku tiegħu Benny Gantz, tal-Partit Blu u Abjad taċ-ċentru, ix-xahar li għadda laħqu ftehim biex jiffurmaw Gvern għall-Għaqda. Taħt l-arranġament (wara tliet elezzjonijiet konsekuttivi li ma rebaħ ħadd) Netanyahu u Gantz suppost li jmexxu pajjiżhom għal żmenijiet rispettivi.
Intant, Netanyahu – politiku tal-lemin li ilu fil-poter aktar minn għaxar snin u li bħalissa qed imexxi Gvern proviżorju – għandu jservi bħala Prim Ministru ta’ amministrazzjoni ġdida għal tmintax il-xahar qabel jgħaddi r-riedni lil Gantz.
Madankollu, diversi gruppi, fosthom partiti tal-Oppożizzjoni u osservaturi (watchdogs) tad-demokrazija, appellaw lill-Ogħla Qorti Iżraeljana biex tinvalida l-ftehim u tipprojbixxi lil Netanyahu milli jmexxi l-Gvern.
Il-gruppi qed jinsistu ‘li s-sitwazzjoni tinbidel’ minħabba l-proċeduri kriminali fil-konfront tal-Prim Ministru – filwaqt li l-Avukat Ġenerali ta’ Iżrael, Avichai Mandelblit, qed jgħid li mhemmx bażi legali biex hu jiskwalifika lil Netanyahu.
//= $special ?>