Lokali

Numru kbir ta’ nies jinġabru minkejja l-miżuri ta’ social distancing

Jidher illi minkejja l-appelli li qed isiru mill-uffiċjali biex jibqa’ jiġi osservat is-social distancing, u r-regolamenti li jistipulaw massimu ta’ gruppi ta’ erba’, hemm bosta li qed jinġabru għal attivitajiet u ma josservawx dawn l-istess pariri u liġijiet.

Ritratti li waslu għand NET News juru ammont kbir ta’ nies ma’ Triq il-Kosta, li ma kinux qed josservaw ir-regolamenti ta’ social distancing. Dan apparti postijiet oħra fejn kienu bosta li ma osservawx ir-regolamenti.