Lokali

Tħabbret il-mewt ta’ Alfred Mallia

Bosta qraba u ħbieb fuq il-midja soċjali ġeddew il-memorja ta’ Alfred Mallia, edukatar, attur kif ukoll qarrej, fl-età ta’ 70 sena.

Mallia fost oħrajn kien interpreta partijiet ewlenin fis-sensiliet televiżivi tant popolari bħal f’Baħar Wieħed u Leli ta’ Ħaż Żgħir.

Huwa jibqa’ mfakkar ukoll bħala qarrej tal-aħbarijiet fuq ix-Xandir Nazzjonali kif ukoll ukoll lettur fl-Università ta’ Malta u Direttur fil-Ministeru tal-Edukazzjoni.

Fi stqarrija maħruġa mid-Deputat Nazzjonalista u Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Edukazzjoni, Xogħol u Djalogu Soċjali Clyde Puli, il-Partit Nazzjonalista sellem lill-Alfred Mallia u ta l-kondoljanzi lil qrabatu.