Ekonomija Lokali Saħħa

Tibqa’ l-preokkupazzjoni tal-poplu dwar is-sitwazzjoni finanzjarja tal-pajjiż

Dan skont sondaġġ maħruġ f'The Sunday Times of Malta.

Ftit inqas minn nofs il-poplu Malti jinsab xi ftit jew wisq imħasseb bis-sitwazzjoni finanzjarja u d-daqqa ekonomika kaġun tal-Covid-19. Dan wara li fl-ewwel ftit ġimgħat tal-emerġenza medika f’pajjiżna…diġa’ kien hemm mat-800 persuna li tilfu l-post tax-xoghol taghhom.

Apparti minn hekk, 35% jemmnu li se jinbidel il-mod ta’ kif ikunu qed jaħdmu wara l-pandemija. Possibilment minhabba l-fatt li hafna ufficcji u negozji adattaw ghar-realta’ ta’ teleworking.

Stharrig ippubblikat il-Hadd mit-Times, juri wkoll li żewġ terzi tal-Maltin u l-Għawdxin jinsabu mħassba dwar is-saħħa tal-qraba u l-maħbubin tagħhom. Għalkemm id-data miġbura turi tnaqqis minn survey li sar ftit tal-ġimgħat ilu.

Jidher ukoll illi madwar nofs il-Maltin jinsabu inkwetati bis-saħħa mentali u s-saħħa fiżika tagħhom. Minn naħa l-oħra, naqas l-inkwiet tan-nies dwar is-saħħa.

Interessanti l-fatt li kwazi 40% ta’ dawk li hadu sehem fl-istharrig wiegbu li l-ajruport ghandu jiftah biss ladarba jkun hawn il-vaccin ghal kontra l-Coronavirus. Filwaqt li 76% mhux lesti jirriskjaw…anke jekk dan ikun ifisser daqqa fuq l-ekonomija u zieda fil-qghad.

Analisti qed jghidu illi dak li se jigri fl-erba’ gimghat li gejjin se jkun krucjali ghall-futur ekonomiku ta’ pajjizna.