Tħabbret il-mewt ta’ Joe Sant, il-persuna li daħħal f’Malta il-ħwienet ‘tal-Lira’ lura f’Jannar tal-1997.
Hekk kif ħarġet din l-aħbar kerha, kienu bosta dawk li sellmu l-memorja ta’ Joe Sant li tul ħajtu ħadem ħafna biex għen fit-tkabbir tal-ekonomija f’Malta anke grazzi għat-tkabbir sostanzjali li għamel fil-ħwienet tiegħu madwar Malta u Għawdex li kibru fil-popolarita tagħhom tul l-aħħah 10 snin.
Filfatt l-ewwel ħwienet li fetaħ taħt l-isem ‘Lm1′ fl-1997 kienu f’Birkirkara, il-Ħamrun, L-Iklin u r-Rabat qabel firxa sħiħa madwar Malta u Għawdex ta’ iktar minn 20 ħanut.
Media.link Communications tingħaqad mal-ħafna messaġġi ta’ kondoljanzi u toffri l-kondaljanzi lill-familja Sant.
//= $special ?>