Coronavirus Lokali Saħħa

3 każijiet ġodda ta’ Covid-19 – ifiqu 7 persuni oħra

Accept Analitiċi cookies to view the content.

Fl-aħħar 24 siegħa saru 731 test, u minnhom irriżultaw 3 persuni pożittivi għall-Coronavirus. Dan inħareġ mill-bulettin mediku tal-lum mis-Supridentent tas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charmaine Gauci.

Prof. Gauci qalet li t-tliet każijiet tal-lum huma persuni li kellhom is-sintomi u għamlu kuntatt man-numru 111. Raġel Malti ta’ 33 sena għamel it-test ilbieraħ u ħareġ pożittiv. Hu kellu kuntatt ma’ każ ieħor li rrapporta pożittiv il-ġimgħa l-oħra.

It-tieni każ huwa ta’ mara Maltija ta’ 50 sena li kellha s-sintomi fit-2 ta’ Mejju. Hija kellha kuntatt ma’ persuna oħra li rriżultat pożittiv il-ġimgħa li għaddiet.

It-tielet każ pożittiv huwa dak ta’ healthcare worker fl-Isptar Mater Dei li għandu 26 sena. Hu kien ħadem ġurnata qabel ma beda bis-sintomi. Sar risk assessment biex jinstab min seta’ kellu kuntatt miegħu.

It-total ta’ persuni li rriżultaw pożittiv għal din l-imxija tela’ għal 480. It-total ta’ persuni li ġew mfejqa huwa ta’ 399. Il-każijiet attivi huma 77.

Il-każijiet attivi jinsabu; 7 fl-Isptar Boffa, 5 fl-Isptar St. Thomas u persuna jinsab fl-ITU, il-bqija jinsabu fid-djar tagħhom.

Hija appellat biex in-nies jibqgħu ġewwa u joħorġu biss għall-bżonn. Hija qalet li hemm il-ħtieġa li tibqa’ l-kawtela għax inkella nitilfu dak kollu li ħdimna għalih f’dawn l-aħħar ġimgħat.

Is-Supridentent tas-Saħħa tenniet li rridu nieħdu ħsieb l-anzjani tagħna u l-persuni vulnerabbli u għalhekk ma rridux noħorġu għajr biss għall-affarjiet li huma vera essenzjali.