Coronavirus Edukazzjoni Kultura Lokali

Esplora b’Science Café Onlajn

Iċ-Ċentru Interattiv għax-Xjenza, Esplora se jkun qed jitrasmetti serje ta’ onlajn Science Cafés . L-ewwel dibattitu ser iseħħ live nhar l-Erbgħa 6 ta’ Mejju mis- 6:45pm sas- 7:30pm u jixxandar fuq il-paġna ta’ Facebook taċ-Ċentru Interattiv Għax-Xjenza  https://www.facebook.com/esploramalta/ 

L-ewwel dibattitu ser jixħet dawl fuq ċertu aspetti dwar mard infettiv, it-tilqim u riċerka relatata. Aktar minn hekk, ser tiġi diskussa kif il-pandemiji dejjem ħallew il-marka taghhom fuq l-istorja tad-dinja u kif il-COVID-19 ser jibqa jissemma fl-istorja tal umanità.

Ser jiġu żvelati wkoll aktar dettalji dwar il-Fond għar Ricerka u Innovazzjoni COVID-19 imniedi x-xahar li għadda mill-Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija (MCST). 

Il-webinar ser ikun indirizzat minn: Dr. Jeffrey Pullicino Orlando, Executive Chairman, MCST Dr. Ing. James Foden, Senior Director – Strategy, Research, and Technical Affairs, MCST 

Prof. Christian Scerri, Physiology & Biochemistry, Faculty of Medicine & Surgery, UM / Genetic Consultant, Mater Dei Hospital Moderatur: Ms. Giselle Calleja, Senior Executive Public Relations, MCST