F’post fuq il-media soċjali, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia awgura lill-ġurnalista Caroline Muscat li rebħet il-premju tal-Mara Qalbiena fil-Jum Dinji tal-Libertà tal-Istampa mogħti mill-Ambaxxata Amerikana f’Malta.
Dan il-premju jirrikonoxxi l-ħidma tagħha favur ġurnaliżmu ħieles, favur il-verità u d-dritt għall- informazzjoni. Adrian Delia saħaql li jekk ma niddefendux il-midja u nipproteġu lill-ġurnalisti, pajjiżna jkomplu jiddgħajfulu l-kredenzjali demokratiċi.



