Coronavirus Ekonomija Lokali

“Gvern li ħadna 50 sena lura” – Chamber of SMEs

“Il-Gvern ħa lura lil Malta 50 sena bl-iffissar tal-prezzijiet” – Din kienet id-dikjarazzjoni tal-Kamra tan-Negozji Żgħar u Medji wara li l-Gvern idetta bla konsultazzjoni prezzijiet tal-maskri.

Iċ-Chamber of SMEs ċanfret lill-Gvern fuq din id-deċiżjoni, prattika li hi qablet ma waħda li konna naraw f’pajjiżna fil-bidu tas-snin 70.

Fi stqarrija l-Kamra saħqet li affarijiet bħal dawn m’għandhomx ikunu imposti fi żminijiet tal-lum. Dan filwaqt li appellaw lill-gvern biex jaġixxi b’mod responsabbli. Huma appellaw biex dawn l-iżbalji ma jerġgħux isiru.

“Hemm ħafna modi kif wieħed jasal għal riżultat finali u deċiżjonijiet li mhumiex konformi mal-istandards tad-djalogu soċjali, li jmorru ‘l bogħod minn era ta’ ekonomija magħluqa u sottożviluppata, mhumiex aċċettabbli.”