Il-Federazzjoni Internazzjonali tal-Għawm, qalet fi stqarrija uffiċjali li ħabbret illi pposponiet b’sena l-Kampjonati tad-Dinja tal-Għawm li kellhom isiru fil-belt ta’ Fukuoka fil-Ġappun bejn is-16 ta’ Lulju u l-1 ta’ Awwissu 2021.
Ir-raġuni ewlenija tkun għaliex bit-tibdil fid-data tal-Olimpjadi ta’ Tokyo, li issa ser isiru bejn Lulju u Awwissu tal-2021, ma kienx ikun possibbli li fl-istess perjodu l-aqwa għawwiema tad-dinja, jieħdu sehem fl-ogħla kompetizzjoni tal-FINA.
Il-President tal-FINA Julio Maglione ħabbar illi wara laqgħat li saru mal-partijiet kollha konċernati, fl-interess tal-parteċipanti, sponsors u organizzaturi, kien deċiż illi l-Kampjonati tad-Dinja jsiru bejn it-13 u d-29 ta’ Mejju tal-2022. Fl-istess waqt tħabbar illi l-Kampjonati tad-Dinja tal-Masters, ser isiru wkoll fil-Ġappun bejn il-31 ta’ Mejju u d-9 ta’ Gunju 2022.
//= $special ?>