Il-Ministru Edward Zammit Lewis irrikonoxxa l-kontribut pożittiv li ta l-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia u d-deputat Nazzjonalista Claudette Buttigieg fit-tfassil tal-Liġi tal-Koabitazzjoni li tressqet fil-parlament.
Din id-dikjarazzjoni tal-Ministru Edward Zammit Lewis saret fis-seduta parlamentari tal-lejla li fiha tkellem il-Ministru Edward Zammit Lewis għall-Gvern u d-deputat Nazzjonalista Claudette Buttigieg għall-Oppożizzjoni.

Tul id-dibattitu l-Oppożizzjoni ressqet diversi emendi għal-liġi li ressaq il-Gvern u spjegat kif din hi liġi li prattikament qed tibdel totalment il-liġi li l-istess Gvern Labruista daħħlet tliet snin ilu.
L-Oppożizzjoni sostniet li wara biss tliet snin il-Gvern reġa’ mar il-parlament u biddel il-liġi. Fost il-proposti li qed tagħmel l-Oppożizzjoni hemm dik li l-vjolenza domestika tiddaħħal f’din il-liġi biex tissalvagwardja d-diversi sitwazzjoni li hemm f’numru ta’ famiji Maltin.
Fost il-proposti li trattat l-Oppożizzjoni kien hemm id-diversi sitwazzjonijiet ta’ familji differenti partikolarment relazzjonijiet fejn il-koppji m’għandhomx irbit kuntrattwali. Il-PN qed jinsisti wkoll li dawn in-nies ikunu protetti; fosthom għal dawk li jgħixu flimkien iżda m’humiex familja.
Għalhekk l-Oppożizzjoni nsistiet li titneħħa l-frażi ‘relazzjoni intima’ bejn il-koppji. L-Oppożizzjoni trattat ukoll ir-relazzjonijiet de facto u qalet li f’diversi pajjiżi hemm liġijiet hemm protezzjoni għat-tfal u l-aspett finanzjarju.
//= $special ?>