Coronavirus Lokali Saħħa

Il-Kamra tal-Kummerċ tikkundanna lill-Gvern li ma kkonsultax dwar il-prezz tal-maskri

Il-Kamra tal-Kummerċ, fi stqarrija tikkundanna lill-Gvern li ma kkonsultax dwar il-prezz tal-maskri.

F’dan il-mument tant sensittiv għal pajjiżna, il-Kamra tal-Kummerċ tinsab sensittiva għall-bżonnijiet tal-membri u tal-konsumaturi tagħha tant li wissiet kontra ż-żidiet fil-prezzijiet u pontenzjalment abbuż li qed ikun hemm fuq il-prezzijiet ta’ prodotti meqjusa essenzjali fil-ġlieda kontra l-Covid-19.

Il-Kamra tal-Kummerċ hija konxja fuq il-prezz tal-provvista mis-swieq internazzjonali u l-kompetizzjoni għal prodotti essenzjali bħal dawn biex jiġu attirati lejn Malta. Il-fornituri lokali jiddependu minn dawn il-forzi tas-suq u dan għandu jkun rikonoxxut.

Għalhekk il-Kamra tqis il-deċżiżjoni li ttieħdet il-bieraħ biex jiġi impost il-prezz bil-mod kif sar, bħala inaċċettabbli. Dan b’mod ċar jistabbilixxi preċedent perikoluż bla bżonn wara stocks suffiċjenti ta’ maskri protettivi fil-pajjiż. 

Il-Kamra se topponi bil-qawwa l-ordnijiet tal-prezzijiet maħruġa fi żminijiet ta’ kriżi straordinarja speċjalment meta alternattivi oħra disponibbli għall-Gvern biex jappoġġja l-klijenti u l-pubbliku inġenerali kienu ġew imnaqqsa.

Fl-istqarrija l-Kamra qalet li tinsab ippreparata biex tikkonsulta b’mod xieraq mal-awtoritajiet kompetenti sabiex tagħti r-rakkomandazzjonijiet tagħha dwar il-kwistjoni.