Il-Prim Ministru Robert Abela jikkonferma li l-Gvern talab lill-konsulent Neville Gafa jintervjeni fil-kriżi tal-immigrazzjoni.
Mistoqsi mill-ġurnalisti dwar dan, Robert Abela kkonferma li talab lil Gafa sabiex jagħmel kuntatt mal-awtoritajiet Libjani. Hu kien qed jikkummenta wara li fil-Qorti ta x-xiehda tieghu dwar il-każ li seħħ fil-weekend tal-Għid…u l-akkużi serjissimi li saru mill-għaqda Alarm Phone.
Wara pressjoni li saret il-gimgha li ghaddiet mill-Partit Nazzjonalista, donnu issa l-Prim Ministru ddeċieda li ma jutilizzax lil Neville Gafa’ u l-kuntatti tieghu fil-Libja.
Ftit tal-jien ilu, Neville Gafà ddikjara pubblikament u taħt ġurament quddiem Maġistrat li fil-ġimgħat li għaddew ikkordina missjoni fuq il-baħar li skont il-PN kisret sfaċċatament il-Liġi Internazzjonali …u dan espressament fuq talba tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru.
Il-PN insista illi l-aġir ta’ Neville Gafà qed ikompli jkisser ir-reputazzjoni ta’ pajjiżna li fl-aħħar snin qalghet daqqa wara l-oħra taħt Gvern Laburista, u b’hekk diġà tinstab f’qagħda viċin li tkun irreparabbli.
Fi stqarrija l-Partit Nazzjonalista kien saħaq li l-Prim Ministru Robert Abela ma jistax jibqa’ jinħeba wara Neville Gafà.
Intant…. wara li ta l-kummenti tieghu lill-ġurnalisti quddiem il-bini tal-Qorti… il-Prim Ministru Robert Abela stieden lill-ġurnalisti preżenti għall-kafe, biex spiċċa ġabar ġemgħa ta’ nies mingħajr ma ġiet osservata s-social distancing.
//= $special ?>
