L-Assoċjazzjoni tal-Bankiera Maltin (MBA) tinforma lill-pubbliku li wara diskussjonijiet mas-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika, hija qed toħroġ il-kjarifiki li ġejjin dwar l-ilbies ta’ maskri tal-wiċċ fil-bini ta’ banek, inklużi fergħat (branches).
Membri tal-pubbliku li jilbsu maskri tal-wiċċ huma mitluba jneħħuhom temporanjament fil-bini ta’ fergħa bankarja, għal mill-inqas żewġ raġunijiet, it-tnejn għal skopijiet ta’ sigurtà.
L-ewwel raġuni hi li jiġi żgurat li s-sistemi ta’ CCTV użati mill-banek jidentifikaw b’mod xieraq il-klijenti kollha. It-tieni raġuni toriġina mit-talba magħmula minn kaxxier jew uffiċjal tal-bank sabiex tidentifika kwalunkwe persuna li titlob servizz bankarju, kemm jekk ikun encashment ta’ ċekkijiet jew kwalunkwe servizz ieħor, billi titqabbel il-karta ta’ l-identita’/ passaport mal-wiċċ tal-persuna.
Ta’ min wieħed jenfasizza li dawn il-miżuri dejjem kienu fis-seħħ, speċjalment fir-rigward ta’ kwalunkwe headgear li jintlibes minn persuni li jidħlu fil-fergħat tal-banek.
L-MBA tagħmel referenza għall-infografika intitolata “Visiting Banks” li nħarġet riċentement mid-Direttorat għall-Promozzjoni tas-Saħħa u l-Prevenzjoni tal-Mard li jirrakkomanda l-użu ta’ viżiera (visor jew face shield) meta klijent iżur fergħa bankarja. L-MBA taqbel li din il-miżura alternattiva għandha ttaffi t-tħassib kemm mill-perspettiva tas-saħħa kif ukoll minn dik ta’ sigurtà.
Bħala konklużjoni, l-MBA tfakkar lill-pubbliku in ġenerali li apparti s-servizzi pprovduti fil-fergħat tal-membri tagħha, hemm diversi mezzi alternattivi li huma disponibbli biex il-kljenti jinqdew u kif huma riklamati fuq il-websajts tal-membri tagħha.
//= $special ?>